Knisja Lokali

“Ġesù qiegħed miegħek fit-tbatija” – Mons. Anton Teuma

Ġesù jinsab miegħek, f’kull mument, fis-sewwa u fid-dnewwa.

Dan hu dak li qal l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Anton Teuma fil-messaġġ tiegħu tal-Għid fejn saqsa numru ta’ domandi li kull nisrani jistaqsi fil-ħajja tiegħu – fosthom jekk Alla jitlaqniex fl-aktar mumementi iebsa.

Monsinjur Teuma fakkar kif Ġesù fuq is-salib ħass id-distanza, ‘il bogħod tal-missier. Iżda l-istess Ġesù permezz tal-missier għeleb il-mewt, u għeleb il-ħażen.

Fil-messaġġ li wassal għall-akbar festa fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika, l-Isqof t’Għawdex awgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd u appella biex il-Ġesù Kristu rebbieħ inżommuh ħaj f’qalbna u f’għemilna tul is-sena kollha.