Grupp ta’ riċerkaturi fiċ-Ċina fl-aħħar sigħat ippubblikaw analiżi tal-kampjuni li ttieħdu aktar minn tliet snin ilu mis-suq ta’ Huanan li qed ikun konness mal-‘isplużjoni’ tal-Covid-19 f’dan il-pajjiż u ‘il hinn minnu.
Is-suq fejn jinbiegħu il-ħut, speċi oħra tal-baħar u l-annimali eżotiċi ilu l-aħħar snin inkwadrat fl-analiżi u waqt it-tfittxija għall-oriġini ġenwina tal-coronavirus. Madankollu, din hi l-ewwel evalwazzjoni bażata fuq il-provi ġeoloġiċi li għaddiet mill-iskrutinju intensiv ta’ esperti simili – bl-istudju jikkonċentra fuq materjal li kien ittieħed mis-suq inkwistjoni fl-2020.
F’każ ta’ konferma dwar rabta rifjutabbli bejn il-virus u l-annimali mibjugħin fis-suq, għandhom jinfetħu l-linji ġodda ta’ inkjesta dwar il-fażi bikrija tal-virus u kif dan seta’ jinfirex daqshekk malajr qalb is-soċjetà.
Intant, ir-riċerka żvelat li s-swabs li testjaw pożittiv għall-Covid-19 kien fihom anki materjal ġenetiku tal-annimali slavaġ. Fl-istess ħin, xi xjenzati qed jgħidu li l-materjal jissostanzja t-teorija li l-marda kienet trasmessa, inizjalment, lill-bniedem mingħand xi annimal infettat.
Madankollu, xjenzati oħra qed iħeġġu għal kawtela fost l-interpretazzjoni tal-analiżi tal-kampjuni u peress li kellhom jgħaddu tliet snin għall-pubblikazzjoni tal-elementi ġenetiċi tal-kampjuni.
F’dawn iċ-ċirkustanzi lanqas mhi miċħuda għal kollox il-possibbiltà li l-virus seta’ ħareġ bi żball minn laboratorju fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan.
//= $special ?>