Żewġ nisa Iżraeljani nqatlu, b’oħra tisfa midruba, waqt sparatura fiz-zona residenzjali ta’ Hamra, fil-Wied tal-Ġordan.
Qed jingħad li n-nisa, li kienu qed jivvjaġġaw bil-karozza, spiċċaw jaħbtu wara li grupp ta’ aggressuri sparaw direttament għal fuqhom. Intant, is-servizzi għall-emerġenzi li marru fl-inħawi sabu liż-żewġ nisa mejtin fuq il-post, bil-mara feruta tkun iddikjarata f’kundizzjoni kritika.
Il-militar Iżraeljan, bħalissa, qed ifittex għall-aggressuri u wara li r-rapporti inizjali – ikkonfermati bħala żbaljati – kienu referew għal ħabta bejn żewġ vetturi; waħda misjuqa min-nisa u l-oħra misjuqa mill-Palestinjani.
Sadanittant, l-awtoritajiet Iżraeljani wissew biex ir-residenti Iżraeljani kollha fix-Xatt tal-Punent jibdew iġorru l-armi tan-nar minħabba t-theddida kbira u reali tat-terroristi fi ħdan il-komunitajiet lokali.
//= $special ?>