Impenn għall-Ħarsien tal-Annimali Lokali

Il-Ministru Anton Refalo ma jafx x’inhi r-realtà li jaffaċċjaw ix-xelters ta’ kuljum

F’intervista riċenti tal-Ministru Anton Refalo fuq it-Times of Malta, huwa jgħid li fuq kwistjonijiet li jikkonċerna l-benesseri tal-annimali, l-affarijiet tjiebu sostanzjalment taħt l-amministrazzjoni tiegħu. Meta tisma’ lil Refalo jitkellem, wieħed ikun taħt l-impressjoni li l-Amministrazzjoni Laburista għadha kemm telgħet fil-Gvern u għada kemm wirtet Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali f’dan l-istat.

Il-Partit Laburista ilu 10 snin fil-Gvern u ghalħekk kellu żmien biżżejjed biex jippjana u jimplimenta kwalunkwe tibdil meħtieġ. L-insuffiċjenzi attwali huma b’mod ċar ir-responsabbiltà ta ‘ din l-amministrazzjoni li ppermettiet lid-Dipartiment tal-ħarsien tal-Annimali jsir dipartiment jisfaxxa.

Bħala NGOs tal-annimali u attivisti, kummenti bħal dawn mill-Ministru jikkonċernawna ħafna għaliex juru kemm huwa distakkat mir-realtà li teżisti f’pajjiżna. Realtà li x-xelters jiltaqgħu magħha kuljum, realtà li l-attivisti jridu jsolvu waħidhom ta’ kuljum personalment u realtà li sfortunatalment l-istat qed jinjora.

L-uniku kumment responsabbli mill-Ministru kellu jkun li s-sitwazzjoni hija prekarja u wasal iż-żmien għal azzjoni serja. Kieku l-Ministru kellu jxammar il-kmiem għal ftit jiem u jmiss b’idejh ir-realtajiet ta’ kuljum li jiffaċċjaw ix-xelters u l-attivisti jirrealizza li t-tazza mhux nofsha mimlija kif qal hu imma kompletament vojta.


Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali

Is-sitwazzjoni attwali fid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali hija fi stat ta’ disperazzjoni. Bħalissa d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali tant hu ddisprat b’nuqqas ta’ riżorsi li jrid jagħżel liema annimali jiġu kkonfiskati jew jinġabru mit-toroq u dawk li sfortunatament iridu jitħallew fejn ikunu sakemm xi darba, il-kundizzjonijiet jitjiebu.


Ix-Xelter Nazzjonali għall-Annimali f’Ta’ Qali

Il-pjanijiet għaċ-ċentru nazzjonali tas-salvataġġ tal-annimali f’Ta’ Qali li tħabbar snin ilu, għadhom fil-‘pipeline’ u dan il-proġett għadu irid jibda.


Miżuri oħra mwiegħda, diskussi u qatt ma seħħu

Hemm sensiela ta’ leġiżlazzjoni li ġiet imwiegħda u għadha qatt ma ġiet implimentata.

  1. Leġislazzjoni biex tirregola l-breeders,
  2. Leġislazzjoni biex tirregola u liċenzja lil petsitters, groomers u trainers,
  3. Leġiżlazzjoni dwar iż-żoos li nħarġet u ġiet irtirata immedjatament wara protesti mis-sidien taż-żoo (sentejn ilu),
  4. Leġislazzjoni kontra l-iżolament tal-klieb,
  5. Leġislazzjoni biex tagħmel il-microchipping tal-qtates obbligatorju

Nuqqasijiet operattivi oħrajn:

  1. L-infurzar xieraq u effettiv tal-liġijiet,
  2. Biex tipprovdi lill-ħaddiema tal-Benessri tal-Annimali b’tagħmir u taħriġ xieraq fl-immaniġġjar tal-annimali,
  3. Biex timmulta u tħarreġ kif suppost nies li jabbandunaw, jittrattaw ħażin u joħolqu uġigħ bla bżonn lill-annimali,
  4. Kampanja ta’ sterilizzazzjoni mal-pajjiż kollu meħtieġa b’mod speċjali għall-qtates u l-klieb,
  5. Aktar spazju għal annimali abbandunati,
  6. Xi ħaġa bażika daqs it-taħriġ tal-ħaddiema tal-AW biex iwieġeb sew 1717,
  7. Animal Welfare li għandu vetturi ddisinjati bħala vetturi li jġorru l-annimali.

Il-microchip għall-klieb ilha obbligatorja mill-2012, madankollu sa din id-data, ħafna klieb li jinġabru jew ikkonfiskati mhumiex microchipped. Dan huwa prinċipalment minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda protokolli xierqa u n-nies mhux qed jiġu mmultati jew imħarrka għall-azzjonijiet tagħhom.

L-emendi riċenti għall-Att dwar il-Benessri tal-Annimali, magħruf ukoll bħala ‘Refalo Animal Circus Act’, ma tejbux il-benesseri tal-annimali, u lanqas id-drittijiet tagħhom speċjalment meta ċ-ċirkli li jużaw l-annimali jistgħu jiġu approvati taħt id-diskrezzjoni tad-Direttur tal-VRD. Dan it-tħassib tqajjem aktar minn darba u bħas-soltu ġie injorat u d-deċiżjoni finali ttieħdet favur ‘profitt’ u mhux il-benessri tal-annimali.

Il-fatt li l-istess Ministru li huwa responsabbli mill-benessri tal-annimali qed jagħmel ‘lobbying’ kontra l-bidliet li se jseħħu wara li 1.4 miljun Ewropew iffirmaw biex isseħħ ’end the cage age’, u qed jippromwovi t-tbatija kontinwa tal-annimali fil-gaġeġ iwassalna serjament nistaqsu jekk dan hux Ministru għall-Benessri tal-Annimali?

Il-Ministru jsemmi wkoll li ser ikun qed iressaq quddiem il-Parlament bidliet fil-liġi dwar id-daqs tal-pens tal-annimali. Għal darb’oħra, wara l-fiasco tar-Refalo Animal Circus Act, il-Gvern ma tgħallimx il-lezzjoni importanti li għandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika speċjalment mal-NGOs tal-annimali u l-attivisti.

Din l-istqarrija ġiet approvata minn dawn l-organizzazzjonijiet:
Association for Abandoned Animals AAA, Buddy’s lost and found page, Fostering and Homing Paws, Innocent Paws, Kitty Guardians for Strays, Our Rescues Malta Foundation, Real Animal Rights Foundation RAR, Voice for the Voiceless, Vuci ghall-Annimali kif ukoll The Island Sanctuary.