Lokali Qorti

Raġel magħruf sew mal-Pulizija u mar-Rabtin jibqa’ arrestat fuq ksur ta’ bail

Raġel ta’ 33 sena, residenti r-Rabat, Malta u magħruf sew mal-Pulizija u anke mal-kommunità Rabtija minħabba l-allegat problemi ta’ diżordni li kien qed joħloq fil-lokalità. Huwa kien qed jittallab il-flus fit-toroq u nżamm arrestat mill-Maġistrat Monica Vella wara li ammetta li kiser il-bail. Huwa nqabad wara li rawh ir-residenti Rabtin jiġri barra u nqabad mill-cameras tas-sigurtà fejn spiċċa arrestat mir-residenza tiegħu.

Roderick Monreal, li għandu problema kbira ta’ droga ammetta li nhar l-Erbgħa, fil-ħinijiet ta’ filgħaxija naqas li jħares il-kundizzjonijiet ta’ żewġt digrieti ta’ ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill- Maġistrat Simone Grech, li kienet qed tippresedi l- Qorti ta Għawdex fit-3 ta’ Settembru 2021 u 31 ta’ Jannar 2023.

Huwa kien mixli f’Settembru li ta n-nar karozza ġewwa r-Rabat, Għawdex filwaqt li kien reġa’ tressaq il-Qorti f’Jannar li għadda wara li ġie mixli li kiser il-kunidzzjonijiet imposti fuqu mill-istess Qorti u reġa’ ngħata l-pleġġ fuq 15,000 ewro garanzija personali sabiex jagħmlu tajjeb ghal benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest.

Monreal ġie mixli wkoll li sar recidiv. Il-każ tal-ħruq tal-vettura f’Għawdex fl 2021 flimkien ma persuna oħra fejn allegatament kien imqabbad min terzi. Huwa qiegħed bil- libertà provizorja jistenna s-sentenza dwar dan il-każ. F’Jannar 2023 tressaq b’ arrest li kiser il- kundizzjonijiet tal- Qorti, u qiegħed jistenna sentenza fuq l-akkużi ta ksur ta bail. Fil -5 ta April, li għadda hu reġa’ nqabad barra fir Rabat, Malta wara l-ħin li suppost kien id-dar u tressaq il-Ġimgħa, b’dan il ksur. 

Monreal ammetta dawn l-akkużi u ntalgħab pre-sentencing report u se jinżamm il-ħabs sakemm jitlesta dan ir- rapport. Huwa gie wkoll irrapurta li kien qiegħed joħloq diżordni u jittallab ghal flus ġewwa t-toroq tar Rabat Malta. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri. Għalih dehret l-Avukat Sue Mercieca.