Lokali

Tweġġa’ gravi wara li tilfet il-kontroll tal-quadbike

Franċiża ta’ 34 sena weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-quadbike.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq Ta’ Wied il-Mielaħ, fl-Għarb, f’Għawdex.

Fuq il-quadbike kien hemm ukoll Franċiża oħra ta’ 26 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura.

Aktar tard ix-xufiera ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera sofriet minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.