Ħafna jagħżlu li għas-sitt ġimgħat tar-Randan joqogħdu ‘l bogħod mill-iktar affarijiet li jħobbu, b’diversi persuni jiċċaħdu mill-ħelu bħala sawma.
Iżda mal-festa tal-Għid jasal il-jum li ħafna jkunu qed jistennew għall-ħelu tradizzjonali marbut ma’ dan iż-żmien, bl-iktar ħelu popolari jibqa’ l-figolli u l-bajd tal-Għid.
Net News żar kumpanija rinomata mal-produzzjoni tal-ħelu fejn segwejna metodi u proċessi ta’ kif isir dan l-ikel tradizzjonali li d-domanda għalih kull sena tibqa’ tiżdied.
Proċess li jieħu ż-żmien filwaqt li fih jintuża ammont kbir ta’ ċikkulata, kif spjegalna Michele Moreau, li huwa chef specjalizzat fil-ħelu.
U għalkemm il-perijodu tal-Għid huwa assoċjat mal-ikliet u l-ħelu tradizzjonali, dan iż-żmien ifakkarna wkoll li s-sajf jinsab fuq l-għatba – illi jfisser li ħafna jibdew jaħsbu wkoll biex jieħdu ħsieb il-figura tagħhom, wara l-ħafna figolli li jkunu kkunsmaw.
//= $special ?>