Lokali

AĠĠORNATA: Imut ir-raġel li waqa’ t-taraġ fir-residenza tiegħu fil-Mellieħa

Raġel ta’ 62 sena mill-Mellieħa tilef ħajtu wara li waqa’ t-taraġ waqt li kien qed iniżżel xi affarijiet fir-residenza tiegħu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15am fi Triq Pietru Pawl Caruana, il-Mellieħa.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti. Ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżda sfortunatament, huwa miet wara sigħat jissielet għal ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.