Bħal Pilatu, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkompli jaħsel idejh minn kull każ li jiġi quddiemu
Il-Partit Nazzjonalista jqis l-ewwel passi li ħa l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Joseph Azzopardi bħala abdikazzjoni mid-dmirijiet tiegħu li jħares l-istandards fil-ħajja pubblika. Minflok ma ħa d-deċiżjonijiet li kellu jieħu, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, għal darbtejn f’anqas minn ġimgħatejn, ħasel idejh bħal Pilatu.
Din l-imġieba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tikkonferma li l-għażla ta’ Joseph Azzopardi minn Robert Abela kienet intiża biss biex jaħtaf istituzzjoni oħra taħt idejh u jipproteġi lilu nnifsu, lill-Ministri u lill-ħbieb tiegħu.
In-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika hi konferma oħra kif taħt Robert Abela għadha tirrenja l-istess kultura ta’ impunità li ħoloq Joseph Muscat.
Il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jagħraf id-dmirijet u r-responsabbiltajiet tiegħu mingħajr aktar ħasil tal-idejn, jibda jinvestiga l-każi li jiġu quddiemu u jiżgura li jkun hemm konsegwenzi għal min jikser il-kodiċi ta’ etika u għal min jaġixxi bi ksur tal-liġi.
//= $special ?>