Rowen Camilleri
GŻIRA U……………….1
BIRKIRKARA……….3
Gżira U: D. Cassar, G. Bohrer, S. Pisani (B. Borg 77’), Z. Scerri (J. Mendoza 60’), M. Dias, L. Riascos (A. Borg 77’), T. Kolega, Ewetton Silva, M. Cosic, T. Espindola (N. Muscat 46’), J. De Assis
Birkirkara: A. Sylla, O. Iorio, Y. Yankam (M. Fedele 68’), P. Mbong (J. P. Farrugia 80’), K. Zammit, C. Attard, E. Cabrera (N. Micallef 80’), S. Zibo, A. Coppola, D. Ribeiro (E. Pape 85’), A. Ciolacu (K. Tumilieri 68’)
Imwissija: M. Dias 24’, Z. Scerri 43’, N. Muscat 53’, J. De Assis 61’, L. Riascos 74’ (G), P. Mbong 38’, E. Cabrera 40’ (B)
Skorjaw: A. Coppola 33’, E. Caberera 72’, M. Fedele 75’ (B), N. Muscat 90+4’ (G)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Luke Portelli
BOV Plejer tal-logħba: Alessandro Coppola (Birkirkara)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Alessandro Coppola (Birkirkara)
Birkirkara għamlu pass importanti għal kwalifikazzjoni Ewropea meta b’wirja mill-aqwa fl-Istadium Nazzjonali għebu lil Gżira United 3-1.
Min-naħa l-oħra din kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva għal Gżira fil-kampjonat li issa qed jissograw bi kbir li jitilfu post li jiggarantilhom kwalifikazzjoni Ewropea u għalhekk ikollhom imbagħad bilfors jirbħu l-FA Trophy biex jagħmlu dan.
Kellna nistennew kwarta biex rajna l-ewwel konklużjoni lejn il-lasti li waslet minn Ġżira meta Steve Pisani minn free-kick tefa’ kross fil-kaxxa li sab lil Gabriel Bohrer, bid-daqqa ta’ ras tal-Brażiljan tgħaddi bi żbrixx għoli.
L-istess plejer kellu tentattiv ieħor bir-ras wara kross ta’ Espindola li iżda wkoll mar barra.
Fid-29 minuta Gżira marru viċin meta l-ewwel kien Steve Pisani li prova xutt- b’saħħtu, bil-goalkeeper Karkariż iwettaq save mill-isbaħ biex imbgħad kien Kurt Zammit li mblokka xutt mill-viċin mir-rebound bil-ballun imur f’korner.
Erba’ minuti wara Birkirkara jmorru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ korner il-ballun wasal għand Osvaldo Iorio li b’inteliġenza kbira mill-ewwel għadda lejn Alessandro Coppola li minn quddiem Cassar ma żbaljax u tefa’ fix-xibka.
Wara din l-azzjoni tista tgħid li ma nħolqot l-ebda azzjoni perikoluża miż-żewġ timijiet sa tmiem l-ewwel taqsima, bl-Istripes jidħlu jistrieħu b’gowl vantaġġ.
It-tieni taqsima kienet nieqsa minn azzjonijiet u fis-70 minuta Jefferson De Assis irnexxilu jidħol fil-kaxxa avversarja, u minkejja li kien iċċirkondat minn tliet difensuri irnexxilu jitfa’ pass lejn in-nofs iżda l-ballun kien imdawwar f’korner qabel seta’ jkun ta’ periklu.
Birkirkara rdoppjaw fil-71 minuta meta minn azzjoni mibdija minn Mbong li avvanza tajjeb u għadda lejna Enzo Cabrera, bil-plejer Italo-Arġentin javvanza fil-kaxxa u wara li qabeż lil Dias b’xutt fil-baxx għeleb lil Cassar għal 2-0.
Għaddew biss erba’ minuti u Birkirkara għamluhom tlieta meta minn free-kick dirett kien is-sostitut Matteo Fedele li b’xutt fil-baxx issiġilla r-rebħa għal Karkariżi.
Fl-aħħar xutt tal-partita, erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari kien is-sostitut Nikolai Muscat li naqqas id-distakk għal skor finali ta’ 3-1 favur Birkirkara li kellhom wirja mill-aqwa u konvinċenti.
