Futbol Sport

Imut l-eks kowċ ta’ Marsa Massimo De Girolamo

Tħabbret il-mewt tal-eks kowċ ta’ Marsa F.C. Massimo De Girolamo, li sa dan l-istaġun stess kien qed imexxi lill-iskwadra Marsija fiċ-Challenge League.

De Girolamo beda l-esperjenza tiegħu f’Malta fil-bidu tal-2021/22, bħala assistent ta’ Enzo Potenza, u fil-bidu tal-istaġun attwali ngħata l-fiduċja mit-tmexxija ġdida tal-klabb meta nħatar bħala l-kowċ tal-iskwadra ewlenija. De Girolamo żamm il-kariga ta’ kowċ għal perjodu qasir, hekk kif f’Settembru li għadda nbidel minn Ivan Casha.

L-aħbar mhux mistennija tal-mewt tal-kowċ Taljan, li kellu biss 50 sena, tasal bħala xokk għall-komunità tal-futbol f’Malta, b’mod speċjali dik fil-Marsa fejn kien maħbub u rispettat mid-diriġenti u plejers li ħadmu miegħu