Maratona oħra ta’ suċċess għal Puttinu Cares hekk kif il-bieraħ inġabru €3,011,000.
Bid-donazzjonijiet li nġabru minn din il-maratona, Puttinu se jkun jista’ jkompli jgħin lil persuni li jkollhom isiefru barra minn Malta biex jieħdu l-kura li għandhom bżonn. Waqt il-maratona diversi individwi, kemm tfal u adulti, irrakkontaw l-istejjer personali tagħhom u kif Puttinu kien ta’ għajnuna kbira għalihom.
Bid-donazzjonijiet se jkomplu jinbnew postijiet ġewwa Sutton u anke fiċ-ċentru ta’ Londra biex il-pazjenti Maltin ikunu jistgħu joqgħodu fihom sakemm ikunu qed jieħdu l-kura speċjalizzata.
https://www.facebook.com/Puttinucares/videos/758255112376590
//= $special ?>