Lokali

Malti qed iħejji l-fjuri fil-Vatikan għall-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Malti David Grech li jispeċjalizza fil-fjuri u l-pjanti qed jifforma bħala parti minn grupp ta’ fjoristi biex iħejju l-Vatikan bil-fjuri għall-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-grupp, li jikkonsisti minn seba’ persuni, ilhom il-jiem iħejju għal din il-ġimgħa tant importanti għall-Vatikan, fil-maġġoranza tal-ħin qattgħuh f’maħżen qrib il-Bażilika ta’ San Pietru.

Ix-xogħol jeħtieġ proċess twil u delikat hekk kif wieħed jeħtieġ li jħawwel il-fjuri u t-twassil tagħhom biex imbagħad jitpoġġew f’metri twal ta’ fjuri b’kuluri sinonimi mar-rebbiegħa.

David Grech iħejji l-fjuri

Ritratti meħudin fil-Vatikan waqt l-aħħar preparazzjonijiet