Id-domanda għall-figolli, tul is-snin, żgur mhux forsi ma naqsitx… hekk kif qed ikun ikkalkulat li fl-aħħar ġimgħat saru ‘l fuq minn miljun figolla f’pajjiżna.
Dan ikkonfermah magħna l-kok Malti, Anton Dougall hekk kif kumpanija partikolari għamlet mal-35,000 figolla ….filwaqt li semmielna każ partikolari fejn mara tad-dar li tkellmet miegħu qaltlu kif għamlet mal-200 figolla.
Anton Dougall spjegalna kif il-figolli mhux dejjem kienu kif nafuhom illum.
Mal-jum tal-Għid nassoċjaw ukoll il-ħaruf bħala l-ikla tradizzjonali… iżda din l-ikla għadha tradizzjoni daqs qabel?