Raġel weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-7:45pm fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun u Ford Transit misjuq minn Sirjan ta’ 36 sena, residenti l-Pietà.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tas-Suzuki l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>