FLORIANA…………………1
GUDJA U……………………1
Floriana: D. Formosa; A.Magri Overend (A.Garzia 70’), O.El Hasni, Z.Cassar, M.Veselji (R.Cutajar 60’), K.Reid, J.Arias (c), O.Spiteri, L.Accarino (A.Melunovic 81’), L.Trillo, J.Busuttil
Gudja United: G.Zammit (c), J.Mintoff, T.Nagamatsu, V.Plut, N.Micallef, K.Micallef, J.Attard (S.Attard 46’), N.Tabone, S. Da Mata, F.Zuniga, J.C. Bugeja Aboumehdi (N.Navarrete 61’)
Referee: Daniel Casha Floriana u Gudja United tem-
Floriana u Gudja United temmew fi draw ta’ 1-1 f’logħba tipika ta’ tmiem l-istaġun bejn żewġ timijiet li ftit għandhom interess fil-klassifika.
Wara seba’ minuti logħob Floriana marru fil-vantaġġ meta minn kross mix-xellug ta’ Lorenzo Trillo li jsib lil Mattia Veselji li minn taħt il-lasta ma jfallix.
Fit-28 minuta azzjoni fotokopja għal goal tal-Greens, ikun kross ieħor mix-xellug ta’ Trillo li din id-darba jsib lil Kemar Reid iżda dan tal-aħħar mill-viċin jitfa’ barra.
Fid-59 minuta, f’azzjoni dubjuża għal Gudja United, ballun fit-tul lejn Plut u l-goalkeeper ta’ Floriana mess il-ballun b’idu barra l-kaxxa u kien muri karta ħamra.
Gudja approfittaw u fil-65 minuta kisbu l-gowl tad-draw minn azzjoni ta’ korner tas-sostitut Navarrete tqum taħwida fil-kaxxa Furjaniża u jkun Farid Zuniga li mill-qrib ma jfallix biex jagħmel l-iskor 1-1, skor li bih intemmen il-partita.