Raġel ta’ 52 sena residenti r-Rabat qed isfori minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’ minn fuqu.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>