Atletika Sport

Mo Farah fis-seba’ post f’Port-Gentil

(Ritratt: EPA)

Mo Farah temm it-tellieqa ta’ 10km ta’’ Port-Gentil fis-seba’ post fi ftit aktar minn 30 minuta hekk kif qiegħed ikompli l-preparazzjonijiet tiegħu għall-Maratona ta’ Londra.

Huwa magħruf li Farah qiegħed f’kamp ta’ taħriġ fl-Ethiopia fejn qiegħed jipprepara għall-Maratona ta’ Londra li se ssir fil-23 t’ April.

Farah ħabbar iktar kmieni din is-sena li se jikkompeti fl-aħħar tellieqa tiegħu qabel ma jirtira. Din it-tellieqa se tkun l-ewwel maratona sħiħa tiegħu mill-2019 minħabba l-Pandemija kif ukoll xi injuries li kellu f’iktar snin riċenti.

Vincent Kipkemoi rebħet il-Maratona ta’ Port-Gentil fil-Gabon bil-ħin eċċeżjonali ta’ 28 minuta u 11-il sekonda.