Futbol Sport

Rebħiet għal Hibernians u Sirens

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

PIETÀ H ………………….. 1

HIBERNIANS …………… 4

Hibernians irritornaw għar- rebħ wara t-telfa umiljanti kontra Birkirkara meta b’mod konvinċenti għelbu lil Pieta 4-1.

Pieta kienu ġejjin mir-rebħa fuq Marsaxlokk iżda b’din it- telfa l-aspirazzjonijiet li jsalvaw komplew jieħdu daqqa ta’ ħarta.

Hibernians kellhom bidu tajjeb u sal-ewwel 17-il minuta kienu żewġ gowls minn fuq skorjati minn De Oliveira u minn penalty ta’ Jake Grech.
Pietà daħlu mill-ġdid fil-logħba fil-25 minuta b’gowl ta’ Farrugia, iżda fit-tieni taqsima Hibernians aċċertaw mit-tliet punti b’goals oħra ta’ De Oliveira u Jake Grech li b’hekk skorjaw doppjetta kull wieħed.

Jake Grech jiskorja t-tieni gowl ta’ Hibernians minn penalty (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SIRENS …………………. 3

MARSAXLOKK ………… 2

Minkejja li lagħbu għal diversi minuti bi plejer inqas, Sirens xorta waħda kisbu t-tliet punti f’logħba mill-iktar interessanti.
Sirens marru kmieni fil-vantagg wara 10 minuti meta Kei Sano tefa’ l-ballun taħt il-lasta xlukkajra, daħal Jacob Walker li mil-viċin kompla għal ġewwa.

Fit-32 minuta Sirens ikabbru l-iskor b’azzjoni ta’ żewġ plejers Ġappuniżi, kien Sei Sano li avvanza fuq ix-xellug qassam lil Rei Tachikawa li b’xutt ċentrali gheleb lil Drobnjak.

Fil-41 minuta Daniel Agius b’xutt angulat fil-baxx naqqas l-iskor u tliet minuti wara Sirens sfaw b’għaxar t’ plajers meta tkeċċa Sean Cipriott għall foul fuq Santiago Moracci, u qabel l-intervall Peter Xuereb kiseb id-draw għal Marsaxlokk.

Fit-83 minuta Sirens għalkemm bi’ plejer inqas skurjaw il-gowl tar-rebħa meta Kei Sano kkrosja lejn in-nofs u b’daqqa ta’ ras Jacob Walker għeleb lil Drobnjak.