Futbol Sport

Rebħiet prezzjużi għat-timijiet minn Ruma kontra dawk minn Turin

(Ritratt: EPA)

Roma u Lazio kisbu rebħiet importanti kontra ż-żewġ timijiet minn Turin bit-tim immexxi minn Jose Mourinho jegħleb lil Torino 1-0 filwaqt li Lazio jirbħu lil Juventus 2-1.

Il-gowl ta’ Roma wasal minn penalty skorjat minn Paolo Dybala wara tmien minuti logħob.

Fil-logħba ta’ filgħaxija Lazio għelbu lil Juventus 2-1 bl-ewwel taqsima tispiċċa 1-1 wara li Lazio fetħu l-iskor fit-38 minuta permezz ta’ Milinkovic-Savic biex Juve ġabu d-draw permezz ta’ Rabiot fit-42 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Lazio wasal fit-53 minuta permezz ta’ Mattia Zaccagni

Fil-logħbiet l-oħra żewġ konfronti minn naħa t’isfel tal-klas- sifika fejn spikka l-konfront bejn Sampdoria u Cremonese, fejn Cremonese ħarġu rebbieħa 3-2 f’logħba spettakolari biex issa huma Sampdoria li jinsabu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika. Bidu tajjeb għal Sampdoria li fetħu l-iskor permezz ta’ Leirs izda Ghiglione kiseb id-draw fil- 35 minuta.
Fit-tieni taqsima Sampdoria mill-ġdid fil-vantaġġ permezz ta’ Lammers, iżda fl-aħħar minuti tal-logħba Cremonese skorjaw darbtejn permezz ta’ Lochoshvili u Sernicola biex kisbu rebħa u b’hekk inqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika.

F’Bergamo sorpriża minn Bologna li rebħu 2-0 kontra Atalanta b’żewġ gowls fit-tieni taqsima skorjati minn Sansone u minn Orsolini. Anki Hellas Verona kisbu rebħa drammatika kontra Sassuolo meta b’żewġ gowls fl- aħħar dawru logħba li dehret mitlufa.

Sassuolo minn fuq permezz ta’ Harroui iżda fl-84 u fil-95 minuta Verona skorjaw darbtejn permezz ta’ Ceccherini u Gaich għal rebħa prezzjuża.

Pass falz minn Fiorentina li fil- Franchi kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1 kontra Spezia, filwaqt li Udinese u Monza qasmu erba’ gowls bejniethom.

Riżultati
Udinese v Monza 2-2
Fiorentina v Spezia 1-1
Atalanta v Bologna 0-2
Sampdoria v Cremonese 2-3
Torino v Roma 0-1
Verona v Sassuolo 2-1
Lazio v Juventus 2-1