Żaġħżugħ ta’ 20 sena ma ġarrab l-ebda ġrieħi wara wara li ħareġ mill-karozza tiegħu li tgħaffġet kaġun ta’ ħabta head-on ma vann.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tat-8:30 fi Triq Louis Wettinger il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Mellieħa baqa’ dieħel ‘head-on’ f’vann li kien misjuq minn anzjan ta’ 63 sena li wkoll huwa residenti l-Mellieħa.
Tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex jassistu. Ftit tal-ħin wara, l-anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Iż-żagħżugħ ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>