Lokali

Żewġ anzjani jweġġgħu gravi wara li ntlaqtu minn karozza f’Tas-Sliema

Żewġ anzjani Taljani qed isofru minn ġrieħi gravi wara li ttajjru minn karozza f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-10:15 max-Xatt ta’ Tigne.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 66 sena u mara ta’ 73 sena, it-tnejn Taljani, weġġgħu wara li ntlaqtu minn vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ta’ Xbiex.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet liż-żewġ anzjani l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huma ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.