Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Mathieu Van der Poel jirbaħ il-Paris-Roubaix 2023

Saret edizzjoni oħra ta’ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet klassiċi tac-ċikliżmu internazzjonali, dik bejn Pariġi mill-belt ta’ Compiegne sa Roubaix fuq distanza ta’ 256.6 kilometri.

Rotta li ilha tilqa’ l-kompetizzjoni mid-19 ta’ April 1896 fejn fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 132 ciklist.
Suċċess għal Mathieu Van der Poel tal-Olanda għal Alpechin li temm id-distanza f’5 sigħat 28 minuta 41 sekonda.

Van der Poel fetaħ l-attakk fuq il-grupp immexxi minn Woet Van Aert ta’ Jumbo Visma meta kien għad fadal 11.6 kilometri fejn fetaħ vantaġġ ta’ 24 sekonda li żamm sa tmiem it-tellieqa.

Fi sprint finali għal podju, fit-tieni dawra fl-istadium ta’ Roubaix fit-tieni post daħal il-Belġjan Jasper Philipsen ta’ Alpecin fuq Wout Van Aert tal-Belġju għal Jumbo Visma, it-tnejn b’distakk mir-rebbieħ ta’ 46 sekonda.