Futbol Sport

Doppjetta ta’ Angel Torres tagħti rebħa preżżjuża lil Balzan li ttellahom fit-tielet post

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

MOSTA……………..2

BALZAN………….3

MostaI. Akpan, R. Briffa, C. Ememe (T. Farrugia 72’), P. Tenebe, D. Bonnici (N. Agius 63’), C. Failla, B. Diarra, J. Akrong (S. Kingue 54’), J. Vassallo,  Z. Brincat (M. Okoh 63’), R. Ekani

BalzanJ. Debono, I. Bozovic, S. Arab (B. Hili 76’), P. Fenech, A. Torres, D. Ndiga (M. Nogureira 63’), N. Zerjal, A. Satariano (M. Grima 63’), M. Raso, A. Adrejic (B. Mladenovic 76’), B. Kaljevic

Imwissija: J. Akrong 7’, J. Vassallo 20’, C. Ememe 59’ (M), P. Fenech 36’, I. Bozovic 68’ (B)

Tkeċċa: P. Tenebe 40’ (M)

Skorjaw: D. Bonnici 24’, C. Failla 70’ (M), B. Kaljevic pen 42’, A. Torres 74’, 78’ (B)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Duncan Spencer

BOV Plejer tal-Logħba: Angel Torres (Balzan)

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Angel Torres (Balzan)

Balzan dawru telfa f’rebħa u kisbu tliet punti importanti fil-ġlieda għal post fl-Ewropa, meta fis-Centenary Stadium għelbu lill-isfidanti għall-istess tragward Mosta bl-iskor ta’ 3-2.

Minkejja li spiċċaw b’għaxra min-nies fi tmiem l-ewwel taqsima, Mosta marru minn fuq fit-tieni taqsima, iżda b’żewġ gowls f’temp ta’ erba’ miunti minn Angel Torres, Balzan kisbu tliet punti preżżjużi li jtellawhom weħidhom fit-tielet post.

Mal-kwarta logħob Satariano għal Balzan jidħol fil-kaxxa avversarja u minn qagħda angolata prova jaħsad lil Akpan iżda l-eks goalkeeper ta’ Floriana laqa’ tajjeb.

Mosta fetħu l-iskor fl-24 minuta minn azzjoni sabiħa mibdija minn Zachary Brincat li bil-pass lejn Ememe qata’ d-difiża, bin-Niġerjan b’pass preċiż jagġmilja faċli lil Duane Bonnici li tefa’ ġewwa f’lasta vojta.

Fit-32 minuta Kaljevic jgħaddi lejn Satariano, bl-internazzjonali Malti javvanza u jittanta xortih, bil-goalkeeper ta’ Mosta ma setax jagħmel aħjar ħlief li jdawwar f’korner.

Fl-40 minuta Mosta jieħdu daqqa ta’ ħarta meta Precious Tenebe deher iwaqqa’ lil Angel Torres fil-kaxxa b’Matthew De Gabriele jiġġudika l-azzjoni bħala waħda ta’ ċans ta’ gowl u mhux biss isaffar penalty iżda keċċa wkoll lill-plejer Mosti.

Mill-11-metru kien Bojan Kaljevic li tefa’ l-ballun naħa u lil Akpan in-naħa l-oħra u l-iskor indaqs.

Tasal tmiem l-ewwel taqsima u ż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu f’parità ta’ 1-1.

Minkejja li b’raġel nieqes Mosta reġgħu marru minn fuq fis-70 minuta meta l-ewwel tentattiv minn free-kick dirett ta’ Clayton Failla ħabat mal-barriera, bil-ballun jerġa jaqa’ quddiem l-istess Failla li b’xut mill-isbaħ jegħleb lil Akpan.

Tliet minuti wara xutt mill-isbaħ tal-captain ta’ Balzan Paul Fenech jgħaddi jħakkek mal-wieqfa.

Minuta wara Balzan reġgħu ġabu l-iskor indaqs meta b’xutt minn tarf il-kaxxa l-aqwa skorer ta’ Balzan Angel Torres tefa’ fir-rokna tax-xibka.

Balzan marru fil-vantagg għall-ewwel darba fit-78 minuta għal darb’oħra permezz tal-Kolombjan Angel Torres li wara li qabeż plejer fil-kaxxa b’xutt sabiħ ħalla lil Akpan iħares u tefa’ lil partitarji u diriġenti ta’ Balzan f’dellerju ta’ ferħ.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sas-suffara finali u kienu Balzan li ħadutliet punti importanti li poġġewhom fit-tielet post tal-klassifika.

Duane Bonnici jiskorja l-ewwel gowl ta’ Mosta (Ritratt: Josef Fitzpatrick)