Lokali

Eluf joħorġu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għal ‘scam’

Il-Pulizija qed tinvestiga każ serju ta’ scam illi seħħ fuq il-Ministeru tal-Edukazzjoni, fejn pajjiżna spiċċa ġie misruq mat-€300,000 ewro.

Il-każ jinvolvi numru ta’ invoices li ħarġu mill-kumpanija Ingliża Hyland Software għal servizzi li toffri lill-Ministeru ta’ Clifton Grima. Iżda l-pagament minn naħa tal-Gvern ma sarx lil Hyland; u minflok il-flus marru għand persuni li iħħekjaw is-sistema.

Issa, il-Gvern qed idur fuq l-impjegati tal-Ministeru biex iwaħħal fl-istaff li jipproċessaw dawn l-invoices. Għalkemm skont it-Times, anke s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni – Matthew Vella – approva dawn il-pagamenti li jammontaw għal €300,000.

Mhux magħruf xi proceduri qed jittiehdu sabiex il-Gvern iġib lura it-€300,000 ewro addizzjonali li ħareġ għal dawn is-servizzi li jinkludu l-ġbir ta’ records illi għandu l-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Mat-Times, kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni spjega li malli l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti rrealizza li l-ħlas ġie trasferit bi żball, il-kwistjoni ġiet irrappurtata lit-taqsima tal-kriminalità finanzjarja fi hdan il-Korp tal-Pulizija. U minnufih bdiet investigazzjoni interna sabiex teżamina il-kwistjoni u tistabbilixxi l-fatti.

Il-kelliem ikkonferma li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mat-taqsima tar-reati finanzjarji, u din l-investigazzjoni qed issir ukoll fuq livell internazzjonali.

Mhux maghruf ezatt jekk gewx individwati l-persuni jew organizzazjoni li wettqet din l-iscam. Mhux maghruf lanqas jekk kienx hemm Ministeri oħrajn li spiccaw vittma ta’ dan is-serq ta’ eluf ta’ flus mill-kaxxa ta’ Malta.