Internazzjonali

Franza: Żewġ persuni jinsabu mejta qalb it-tiġrif wara li kkrollaw żewġ binjiet f’Marseille

Sfortunatament żewġ persuni nstabu mejta qalb it-tiġrif ta’ żewġ binjiet li kkrollaw f’Marseille. Bħalissa għadha għaddejja l-operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ għas-6 persuni li għadhom rappurtati neqsin. Dawn il-binjiet ikkrollaw wara li kien hemm splużjoni lejn in-naħa t’isfel ta’ Franza.

Filmati fuq il-midja soċjali juru daħna kbira hekk kif il-binjiet inħakmu minn nirien ftit wara li ġġarrfu.

Barra minn hekk, 5 persuni kellhom jittieħdu l-isptar għaliex ġarrbu xi ġrieħi. L-awtoritajiet qalu li 30 binja qrib iż-żona ġew evakwati għas-sigurtà tar-residenti.

Minn naħa tiegħu s-Sindku ta’ Marseille qal li qed jaħseb f’dawk in-nies li huma inkwetati għaliex il-qraba tagħhom għadhom neqsin filwaqt li saħaq li l-operazzjoni ħa tkompli għaddejja sakemm jinstabu l-kumplament tan-nies.