Lokali

Il-Malti li sebbaħ il-Vatikan bl-arranġamenti tal-fjuri

Il-fjorista Malti David Grech kien wieħed mit-tim ta’ sitt fjoristi li żejnu il-Vatikan għall-Ġimgħa Mqaddsa, u l-Għid il-Kbir – l-akbar festa fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika.

F’intervista ma’ dan l-istazzjon….David Grech spjegalna kif ġietu din l-opportunità unika.

David Grech saħaq li l-proċess ta’ tqegħid u arrangamenti ta’ fjuri huwa sensittiv ħafna u jinkludi t-twassil tal-fjuri u l-preparamenti tagħhom kif ukoll it-tħawwil li jista’ jieħu sigħat twal ħafna.

Grech stqarr illi x-xogħol sar f’maħżen kbir qrib il-Bażilika ta’ San Pietru ….. u rigward il-fjuri nfushom, huwa spjegalna kif intuzaw il-ġiżi, li huma sinonimi mal-Ġimgħa Mqaddsa, il-qronfol u wardiet żgħar magħrufin bħala baby roses.

Meta tkellem ma’ Net News, David Grech spjega li l-għażla ta’ dawn il-fjuri kienet torbot mal-varjetà tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jifilħu għall-bidliet drastiċi fl-elementi tat-temp.

Dwar din l-esperjenza fil-Vatikan, David Grech qal li ħassu kburi immens bil-parteċipazzjoni tiegħu u jinsab sodisfatt li rrappreżenta lil Malta fl-isfera globali.