Turisti u Maltin li dalgħodu kienu qed iħallu pajjiżna mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta spiċċaw mill-ġdid jaffacjaw aktar dewmien fit-titjiriet tal-Air Malta. Dan hekk kif it-titjira minn Malta lejn Ruma li kellha titlaq is-7.30 ta’ filgħodu telqet kważi 6 siegħat u nofs tard.
It-titjira tal-Air Malta kellha tasal f’Ruma għall-ħabta tad-9am. Iżda l-passiġġieri waslu fl-ajruport ta’ Ruma għall-ħabta tat-3.30 ta’ wara nofsinhar.
Dan wassal għal skariġġ kbir għall-passiġġieri li spiċċaw qattaw madwar 6 siegħat fl-ajruport ta’ Malta. U anke dawk li wehlu fl-ajruport ta’ Ruma.
L-ilmenti tat-turistin u Maltin ma naqsux fuq il-media soċjali, hekk kif dawn esprimew ir-rabja tagħhom għad-diżorganizzazzjoni li ilha tirrenja fil-linja nazzjonali ta’ pajjiżna …. B’ħafna tennew li ma fadlilhom l-ebda għażla oħra ħlief li jużaw linja tal-ajru oħra, għaliex dan id-dewmien sar in-norma; filwaqt illi insistew li dan hu servizz diżastruż.
//= $special ?>