Wara li fl-aħħar jiem, it-tmexxija tal-One waqqfu lil Joseph Borg magħruf bħala “Ġorġ tad-Doughnuts” milli jkompli bil-programm tiegħu tar-radio, il-preżentatur Alfred Zammit saħaq li “din hija biss vendikazzjoni”.
Fil-messaġġ tiegħu, Alfred Zammit qal li kemm hu kif ukoll Ġorġ, għal snin twal, ġid biss għamlu lill-istazzjon Laburista. U għalhekk din l-azzjoni hi biss vendikazzjoni.
Fl-aħħar jiem fuq il-media soċjali tiegħu, il-preżentatur u sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit sostna li l-aħħar ġimgħa ma kinitx faċli kemm għalih kif ukoll għal Joseph Borg. Dan għaliex it-tmexxija tal-One ddeċidiet li twaqqaf il-programm ‘Kartolina’ li kien jixxandar matul il-ġimgħa fuq One Radio.
Alfred Zammit żvela wkoll li t-tmexxija tal-One iddeċidiet ukoll li tnaqqas ġurnata mill-programm li huwa jmexxi, u b’reazzjoni għal dan, fil-midja soċjali ta’ Joseph Borg, Zammit saħaq li “meta stilla tibda tleqq, idejjaq lil nies ħżiena.”
Din l-aħbar ġabet dispjaċir u rabja kbira fost is-segwaċi tal-One, b’ħafna kienu dawk li kkumentaw u qalu li min ħa din id-deċizzjoni “verament missa l-qiegħ” għaliex dan huwa “ġenn”, filwaqt li oħrajn tennew li “l-partit spiċċa.”
//= $special ?>