L-appell tal-Union tal-Infermieri u Qwiebel għadu wieħed; dak sabiex il-Gvern tal-Labour jagħti r-rispett dovut lill-invermieri u l-qwiebel bi ftehim settorjali ġdid. Madanakollu sal-lum dan il-ftehim bejn iż-żewġ partijiet għadu ma ntlaħaqx.
Għaldaqstant l-MUMN għadha għaddejja bid-direttivi fl-isptarijiet u qed tinsisti li l-Gvern m’għandux flus għall-ħaddiema; iżda għal Steward u Vitals kellu l-mijiet tal-miljuni tal-ewro.
Net News tkellem mal-President tal-MUMN Paul Pace fejn saħaq li t-taħdidiet għadhom għaddejjin iżda li fl-aħħar pakkett li offra naqqas affarijiet oħra li kien qabel fuqhom preċedentament.
Huwa sostna li f’xi waqtiet jidher li l-Gvern bħal donnu qed jgħix f’dinja oħra.
Paul Pace insista li jekk dan il-ftehim settorjali ma jintlaħaqx… ħlief ħaddiema mill-Ażja u mill-Afrika mhux se jkollna, għaliex il-Gvern se jkun qiegħed igerrex lill-infermieri Maltin.
Pace spjega li huma bosta l-infermieri li qed isegwu d-direttivi iżda hemm uħud li qed jiġu harassed mill-konsulenti.
Huwa sostna li grazzi għal dan il-ftehim fl-aħħar mill-aħħar se jkun qiegħed igawdi l-pazjent.
It-Tnejn waranofsinhar Net News tkellem mal-Ministru għall-Anzjani JoEtienne Abela fejn insista li l-Gvern offra l-pakkett tiegħu lill-MUMN.
Huwa kien qiegħed jitkellem wara li ħabbar investiment f’Dar tal-Anzjani fil-Furjana iżda meta mistoqsi dwar kemm se jkun qiegħed jiswa … huwa ta x’jifhem li bil-flus li ngħataw lil Vitals u Steward dan l-investiment setgħa jsir għal 800 oħra.
Abela għażel li ma jweġibx aktar fuq dan id-deal frawdolenti…. u minflok inħeba wara l-appell.
…l-istess bħal ma ħarbet milli twieġeb is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli hekk kif meta mistoqsija kemm il-kunsill lokali setgħa’ jkunu megħjuna bil-flus mormija fid-deal tal-Vitals…hija wieġbet b’mod xott.
Normalità li taħt Gvern Laburista fl-aħħar 10 snin fissret deals frawdolenti, nepotiżmu, qerda ambjentali, omiċidji sforz in-nuqqas ta’ investiment mill-istat, assassinju ta’ ġurnalista u impunità sistematika.
//= $special ?>