Lokali

Nhar il-Ħadd ‘Festa Frawli’ fl-Imġarr

Ġelati u waffles. Smoothies, luminata u kull ma tista timmaġina….magħmul bil-frawli.

Dawn il-prodotti kollha nhar il-Ħadd li ġej se tkun tista tarahom b’għajnejk jiġu magħmula mill-frawli mkabbra mill-bdiewa Mġarrin, hekk kif tirritorna edizzjoni oħra ta’ Festa Frawli.

Sa mill-2007 grazzi għal ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr flimkien mal-Knisja Parrokkjali, il-pjazza pittoresta ta’ dan ir-raħal se tkun qed tilqa’ fi ħdana mijiet ta’ nies – Maltin, Għawdxin u turisti – sabiex jimmeraviljaw u jixtru prodott tipiku Malti.

Sindku Mġarr – Paul Vella

Net News tkellem mas-Sindku tal-Imġarr, Paul Vella illi spjegalna kif dan il-jum ikun mistenni ferm minn bosta familji Maltin u Għawdxin iżda anke mill-bdiewa li dan il-festival għalihom huwa ta importanza kbira.

Net News tkellem ukoll ma’ Nicole Muscat, żagħżugħa li tistinka u tagħti s-sehem tagħha sabiex jitkabbar dan il-prodott lokali. Hija spjegat ma’ dan l-istazzjon il-proċess li tgħaddi minnu l-frawla qabel ma’ tispiċċa fuq il-mejda tal-familji Maltin u Għawdxin.

Hi spjegat li f’pajjiżna għandha tingħata aktar importanza lill-prodott Malti u appellat għas-sostenn lil bdiewa…anke fid-dawl taċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom bħalissa.

Nicole Muscat