Lokali Qorti

Daħlet f’ħanut tal-ħelu b’Mercedes wara li l-kerrej irrifjuta li jħallasha

“Single Mother” ta’ tliet itfal u li tinsab bla xogħol mill-Ħamrun inżammet taħt arrest preventiv wara li f’Ħadd il-Għid allegatament daħlet bil-Mercedes Benz mhux propjetà tagħha f’faċċata ta’ ħanut, waqt li kienet fis-sakra. Minn dak li ħareġ fil-Qorti, l-inċident huwa mifhum li kien intenzjonat, imqanqal minn tilwima ma’ kerrej li kien qed jirrifjuta li jħallasha.

Sonia Sammut ta’ 35 sena mill-Ħamrun tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, akkużata li fil-Ħamrun ikkawżat ħsarat b’valur ta’ aktar minn €2,500 meta daħħlet bil-Mercedes Benz fix-shutter ta’ ħanut tal-ħelu (confectionary), waqt li kienet fis-sakra.

L-Ispettur Kathleen Zerafa akkużat ukoll lil Sammut li volontarjament ikkawża ħsara lill-karozza, li hija reġistrata lil terza persuna, saqet fis-sakra u li saqet il-karozza mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni. Kienet mixlija wkoll li saqet b’mod perikoluż, imprudenti u traskurat u li kisret il-paċi pubblika.

Barra minn hekk, Sammut kien akkużata li sar reċediva. L-Ispettur Zerafa spjegat li l-ħsara kienet ikkawżata mill-imputata li waqt li kien wara wara l-isteering tal-karozza saqet u għamlet ħsara fis-shutter tal-ħanut, waqt li għamel wkoll ħsara wkoll fil-fridges ġewwa l-ħanut.

Dan kollu seħħ waqt li żewġ impjegati kienu ġewwa l-ħanut dak il-ħin, jgħoddu l-qligħ tal-ġurnata, qalet il-Prosekuzzjoni. Filmati tas-CCTV urew li l-mara kienet saqet intenzjonalment fil-faċċata tal-ħanut, qabel ma ħarġet lura u reġgħet daħlet fil-fond, żiedet tgħid l-Ispettur.

Allegatament Sammut kienet ukoll qed timmira li tolqot lil wieħed mill-impjegati tal-ħanut, li miegħu kellha tilwima dwar il-kera u kienet ukoll insulentatu. Il-mara kienet “viżibilment fis-sakra ħafna” u kienet falliet test tal-breathalyser fuq il-post, spjegat l-Ispettur Zerafa.

“Kiengrazzi għall-ħanin Alla, li ħadd ma weġġa’. Kieku xi ħadd kien wieqaf wara x-shutter ir-riżultat kien ikun differenti,” kompliet tgħid l-Ispettur. L-Avukat Jose Herrera informa lill-Qorti li l-imputata se tkun qed twieġeb mhux ħati għalissa u talab il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha għat-talba minħabba l-gravità tar-reati, filwaqt li argumentat ukoll li hemm xhieda pajżana li għad iridu jixhdu.ż

L-Avukat Herrera sostna li l-mara kellha biss kundanna waħda preċedenti, li tmur lura s-snin. Tagħha ma kienx record kriminali terribbli, huwa qal. “Il-gravità tar-reat, hawn qed nitkellmu fuq ħsara volontarja, mhux minima, Alla ħares ma tingħatax il-libertà proviżorja u tiġi rrifjutata għal dawn ir-raġunijiet fuq dan ir-reat, li huwa wieħed mill-inqas serji fil-Kodiċi Kriminali,” hu sostna.

L-avukat żied jgħid li l-filmati tas-CCTV tal-inċident kienu diġà ġew ippreservati u l-imputata kien tagħat stqarrija lill-Pulizija, billi kkooperat “mill-bidu sa l-aħħar.” “Mhijiex persuna perikoluża jew tal-biża’, hi mara li kienet taħt l-influwenza tal-alkoħol.”

“Hija wkoll omm waħedha ta’ tliet itfal, li tnejn minnhom għandhom inqas minn tmien snin. Jekk tmur il-ħabs, min se jieħu ħsiebhom?” staqsa Herrera. L-avukat ikkontesta l-istorja deskritta mill-prosekuzzjoni, li l-allegata vittma kienet hedded lil Sammut f’tilwima dwar il-kera.

“Hu ma riedx iħallasha u kien hu li heddidha. Kellha ftit alkoħol żejjed fis-sistema tagħha, minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tar-Irxoxt,” qal l-avukat, filwaqt li sostna li fl-agħar sitwazzjoni, “jekk għamlet dak li hija akkużata li għamlet, għamlet hekk fis-saħna mument.” Il-Qorti ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja, u ordnat li Sammut tinżamm arrestata, filwaqt li talbet lill-rosekuzzjoni biex tressaq ix-xhieda ċivili tagħha biex jixhdu mingħajr dewmien.