6.7% tat-tfal Maltin li għandhom anqas minn 16-il sena huma mċaħħdin minn materjali bażiċi u ċerti servizzi soċjali. F’Malta u Għawdex, tnejn minn kull għaxra jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Iżda waqt li għandna din ir-realtà, tal-qalba qed ikomplu jitħanżru.
Dan qalu l-PN fi stqarrija maħruġa dalgħodu mid-deputati David Agius, Graziella Attard Previ, Ivan Bartolo u Albert Buttigieg.
Il-PN fakkar illi lEurostat jiddefinixxi t-tiċħid materjali u soċjali bħala skala ta’ 13-il oġġett jew servizz li jekk persuna ma tiflaħx għal mill-anqas sebgħa minnhom, tkun meqjusa bħala mċaħħda materjalment jew soċjalment.
Dawn it-13-il oġġett jew servizz huma:– Il-kapaċità li tħallas spejjeż mhux mistennija;– Il-kapaċità li tħallas għal btala ta’ imqar ġimgħa;– Il-kapaċità li tħallas lura d-dejn, il-kontijiet tad-dawl jew il-kera;– Il-kapaċità li kull jumejn tiekol laħam, tiġieġ, ħut jew ikla veġetarjana;– Il-kapaċità li żżomm darek f’temperatura adegwata;– L-aċċess għal vettura għall-użu personali;– Il-kapaċità li tkun tista’ tixtri għamara ġdida;– L-aċċess għall-internet;– Il-kapaċità li tixtri ħwejjeġ ġodda;– L-aċċess għal żewġ pari żraben li jiġuk sew;– Il-kapaċità li tonfoq ftit flus kull ġimgħa għal raġunijiet personali;– L-aċċess għal attivitajiet ta’ divertiment;– Il-kapaċità li, imqar darba f’xahar, tiltaqa’ mal-ħbieb jew mal-qraba.
F’Diċembru li għadda, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li skont l-istħarriġ EU-SILC 2021, ir-rata tar-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali s-sena l-oħra laħqet l-20.3% tal-popolazzjoni li tgħix f’residenzi f’Malta. Aktar minn 100,000 persuna jinsabu fil-faqar, filwaqt li tal-qalba jkomplu jitħanżru.
Fl-istess żmien li Rosianne Cutajar kitbet li kulħadd qed jitħanżer, Robert Abela kien qed jitħallas €17,000 fix-xahar għal xogħol part-time fl-Awtorità tal-Ippjanar. Il-kultura tal-“ma jimpurtanix, kulħadd jitħanżer” hi sommarju preċiż tal-aħħar 10 snin tal-Gvern tal-Labour u llum, Robert Abela ma jistax jitwemmen li qiegħed hemm verament għall-ħaddiema.
Il-PN qal illi filwaqt li t-tfal Maltin jiċċaħdu minn materjali bażiċi, Robert Abela jippermetti aktar direct orders lil tal-qalba, fosthom lil eks Deputati tal-Labour, nisa tal-Ministri u lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, li miegħu għamel il-famuż patt mxajtan.
//= $special ?>