Tarxien Rainbows għamlu pass importanti għal post fil-play-offs hekk kif it-Tnejn filgħaxija għelbu lill-isfidanti diretti tagħhom Żejtun Corinthians bl-iskor konvinċenti ta’ 4-0.
B’din ir-rebħa Tarxien qabżu lill-istess Żejtun b’punt fit-tielet post meta fadal żewġ logħbiet.
Ir-Rainbows fetħu l-iskor mal-kwarta logħob minn penalty li ngħata minn penalty mogħti minn Thiago Nonato Peixoto biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur it-tim immexxi minn Jacques Scerri.
Tarxien iddominaw it-tieni taqsima tant li skorjaw żewġ gowls f’perjodu ta’ tliet minuti, l-ewwel minn Juninho Cabral fit-53 minuta biex tliet minuti wara kien Jairo Santos De Oliveira Filho li skorja t-tielet gowl Tarxieniż.
Daneel Abela ssiġilla r-rebħa b’gowl fis-67 minuta.
