Kummerċ Lokali

medirectalk se jesplora l-potenzjal ta’ high yields bonds matul l-2023

Is-serje medirectalk tirritorna lura b’seminar fit-18 ta’ April fejn rappreżentanti mill-kumpanija speċjalizzata tal-ġestjoni tal-fondi Liontrust se jiddiskutu l-benefiċċji potenzjali tal-investiment f’high yield bonds matul l-2023. L-attivita’, li se sseħħ fil-lukanda Hyatt Regency f’San Ġiljan, tibda fis-6.00pm u l-attendenza hi bla ħlas, suġġett għar-reġistrazzjoni.

medirectalks joffru opportunità unika lill-investituri u lil dawk interessati fid-dinja finanzjarja sabiex jisimgħu esperti jiddiskutu b’mod dirett it-temi mportanti li jaffettwaw l-ekonomija kif ukoll jgħatu l-opinjoni tagħhom dwar diversi strateġiji ta’ investiment.

Il-kelliema f’dan l-avveniment ser ikunu l-Ko-Kapijiet Phil Milburn u Donald Phillips mit-tim tal-Global Fixed Income ta’ Liontrust. Magħhom se tingħaqad Sharmin Rahman, Maniġer tal-Investiment fi ħdan l-istes tim sabiex jiddiskutu kif is-swieq attwali jista’ jkun qed joħolqu opportunità għal investituri biex jinvestu high yield bonds ta’ kwalita għolja.

Id-diskussjoni, li se ddum madwar siegħa, se tagħti wkoll opportunità lill-parteċipanti biex jistaqsu mistoqsijiet li jistgħu jiġu sottomessi qabel l-avveniment. Wara s-seminar se jkun hemm riċeviment li matulu ser jiġu servuti xorb u canapés. Rappreżentanti minn Liontrust u MeDirect se jkunu disponibbli biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsijiet li wieħed jista jkollu.

James Beddall, li jmexxi d-dipartiment tas-Sales Internazzjonali ta’ Liontrust, qal, “Aħna ħerqana li nirritornaw Malta għal dan il-medirectalk. It-tim tagħna se jkun qed jaqsam l-għarfien ta’ Liontrust dwar is-sitwazzjoni tas-swieq bħalissa,
l-istrateġija tagħna għal-2023 u għaliex naħsbu li s-suq tal-bonds high yield jista’ jipprovdi renditu interessanti fix-xhur li ġejjin. Ikun interessanti għalina li nisimgħu ukoll il-perspettiva tal-investituri Maltin, li tradizzjonalment jiffavurixxu l-bonds bħala investiment, dwar kif jaraw l-evoluzzjoni tas-swieq u x’jaħsbu dwar il-fehmiet tagħna stess.”

Ingrid Micallef, li tmexxi id-Dipartiment ta’ Products & Marketing Malta ta’ MeDirect Malta, qalet, “Is-sensiela medirectalk, qed tikber fil-popolarita’ kemm jekk nkunu qed norganizzaw seminars u anke meta d-diskussjoni tkun onlajn. Din hi waħda mill-ftit opportunitajiet li l-investituri Maltin għandhom biex jisimgħu minn, u jistaqsu mistoqsijiet lil uħud mill-esperti nternazzjonali fid-dinja finanzjarja. Dawn l-avvenimenti huma opportunità ta’ tagħlim reali għal kull min irid ikabbar l-għarfien tiegħu billi jifhem kif jaħdmu u jirreagixxu assi differenti f’ċirkustanzi different, kif ukoll x’inhuma r-riskji u l-vantaġġi potenzjali ta’ tipi differenti ta investimenti.”

Biex tirreġistra, mingħajr ħlas, għall-medirectalk li jmiss zur https://promo.medirect.com.mt/medirectalk/.

L-attivita’ se tkun live streamed fuq il-paġni ta’ Facebook u LinkedIn ta’ MeDirect Malta għal dawk kollha li ma jistgħux jattendu personalment. Aktar informazzjoni dwar medirectalk tinsab hawn: https://medirect.com.mt/invest/medirectalk.