Lokali

Nhar il-Ħadd se ssir s-37 edizzjoni ta’ “Fiera Festa tal-Għadira” f’Kerċem

Il-Ħadd li ġej, 16 t’April 2023, ser tittellgħa s-37 edizzjoni tal-attivita’ popolari “Fiera Festa tal-Għadira” f’Ta’ Kerċem. L-attivitajiet jibdew minn nofs inhar ‘l quddiem ħdejn l-Għadira ta’ San Raflu.

Huwa nofs ta’ nhar ta’ divertiment għall-familja kollha, b’lotteriji f’rigali sbieħ, logħob għal kulħadd, spazju mmirat għat-tfal b’logħob b’xejn, dawriet bil-pony, għażla sabiħa ta’ pjanti u ħxejjex, u varjeta’ ta’ ikel u xorb. Ikun hemm ukoll kompetizzjoni kbira ta’ sparar fuq il-plattini fuq żewġ kategoriji, b’dawn li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu japplikaw fuq il-post stess. Ikun hemm parking organizzat b’xejn għal kulħadd.