Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Tlabt ‘il Madonna biex ningħata s-sabar u l-vara bdiet tiġi f’postha mill-ewwel” – Publio Magro

Fi PROFILI tal-lejla se jkollna lil Publio Magro, restawratur u induratur li minn taħtu l-għeġubijiet li hemm f’numru ta’ knejjes mill-ġdid reġgħu ħadu l-glorja li kellhom.

Fost l-oħrajn Publio Magro wettaq restawr fuq il-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt, San Publju fil-Floriana u anki San Gejtanu fil-Ħamrun, dan apparti xogħol ieħor fuq l-irxoxt ta’ Ħal Luqa u anki Sant’ Andrija.

PROFILI llejla se jkun qed ilaqqana’ ma’ profil li hu maħbub minn bosta, u ma ħasibhiex darbtejn biex jgħidilna dwar ix-xogħol li wettaq fl-aħħar snin.

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.