Lokali

Tinħass theżżiża li seħħet 100km ‘il bogħod minn Malta

Ritratt: Ċentru Sismiku

It-Tlieta filgħodu għall-ħabta tas-8:00 inħasset theżżiża oħra fil-Gżejjer Maltin dan hekk kif iċ-Ċentru Sismiku li jinsab fl-Università ta’ Malta rreġistra terremot li kellu s-saħħa ta’ 4.5 fuq l-iskala Richter.

Din it-theżżiża ġiet irreġistrata fil-baħar Mediterran propju 100km biss ‘il bogħod minn Malta.

Iċ-Ċentru Sismiku rrapporta li dan it-terremot ikompli bis-sensiela ta’ terremoti li kellna aktar kmieni din is-sena hekk kif l-attività sismika għadha għaddejja u tista’ ddum għal diversi ġimgħat jew inkellha xhur.