Pajjiżna huwa l-unika pajjiż fl-Ewropa li m’għandux dak li jissejjaħ National Geological Survey – u b’hekk f’dan l-istadju ma nistgħu qatt nilħqu l-potenzjal qawwi li għandna mill-Exclusive Economic Zone tagħna.
Sostna dan il-President tal-Kamra tal-Ġeoloġisti Peter Gatt f’konferenza organizzata l-Erbgħa filgħodu minn PKF Malta fejn ġiet diskussa t-tema tal-Enerġija Rinnovabbli.
Peter Gatt insista li hemm bżonn li jsir ħafna aktar biex Malta tieħu vantaġġ minn din iż-żona li tiswa mitqlu deheb għal ekonomija tal-pajjiż…żona fil-Mediterran li minnha jista’ jiġġenera enerġija offshore jew saħansitra jiffoka fuq l-estrazzjoni tal-idroġenu.
Bl-espert Malti jinsisti li hemm hafna aktar xi jsir sabiex inkunu kompetenti mal-bqija tal-pajjiżi ġirien tagħna.
Intant, il-Kelliem għall-Partit Nazzjonalista, id-Deputat Mark Anthony Sammut sostna li l-ESG u l-enerġija rinnovabbli huma żewġ suġġetti ta’ importanza kbira għal futur tagħna u stqarr li huma kontibutur ewlieni għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Huwa insista li ninsabu fi stadju fejn pajjiżna kapaċi jkun iċ-ċentru tar-riċerka u l-innovazzjoni iżda fakkar li min imexxi għandu jimxi b’eżempju inkluż governanza tajba. Dan filwaqt li sostna illi jittama li dan huwa l-bidu ta’ triq ‘il quddiem li se twassalna għal soċjeta aktar ġusta u sostenibbli.
//= $special ?>