Raġel ta’ 91 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza fejn jgħix fil-Birgu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq San Filippu, il-Birgu.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Astrid May Grima li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>