Lokali

Iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor

Il-festa tal-Għid il-Kbir ġiet u għaddiet, u l-Erbgħa kien imiss illi tiġi iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor; tradizzjoni li tmur lura mal-500 sena.

Din il-festa originarjament kienet wegħda li kien għamel il-poplu fi żmien il-pesta biex jinħeles darba għal dejjem mill-qerda li din ġabet magħha. Il-wegħda kienet li jekk San Girgor jeħles lill-Maltin mill-pesta, isir pellegrinaġġ kull nhar ta’ Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir sal-knisja ta’ dan il-qaddis f’tarf iż-Żejtun.

L-erbgħa filgħodu saret purċissjoni mill-Knisja ta’ San Klement fiż-Żejtun għall-Knisja l-Antika ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun stess…fejn hemmhekk saret quddiesa.

Wara l-purcissjoni fiz-Zejtun, in-nies reħħewla lejn Marsaxlokk, fejn sa minn kmieni filgħodu ntramaw għadd ta’ gabbani tal-ikel, ħelu u xorb, b’uħud jipparteċipaw fil-logħob tat-tombla, li tkun mistennija minn bosta. Ħafna jieħdu wkoll din l-okkażjoni biex jaqbżu l-baħar għal l-ewwel għawma tas-sena.

Ritratt: Martin Agius

Dan l-istazzjon tkellem ma’ diversi nies li niżlu Marsaxlokk sabiex igawdu din il-festa ta’ San Girgor … b’uħud minnhom qalulna li din il-festa jkunu qegħdin jistennewha bil-ħerqa minn sena għal sena.

Intant, għal din il-festa tant popolari mal-Maltin, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar it-toroq ta’ Marsaxlokk, fejn hemmhekk iltaqà ma’ diversi bejjiegħa tal-monti, sidien tal-ħwienet u man-nies tal-lokal.

Ritratt: Martin Agius

Akkumpanjat mid-deputati tal-PN David Agius u Janice Chetcuti, kienu bosta dawk li waqt li tkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, irringrazzjawh għall-ħidma kontinwa  tiegħu.

Ritratt: Martin Agius