L-ebda membru tal-Kabinett ta’ Robert Abela, Deputati Laburisti eletti mill-poplu aktar minn sena ilu….ma jridu jwieġbu dwar id-diskors li ingħad mill-issa Membru Parlamentari Indipendenti Rosianne Cutajar.
Dan wara li f’chats man-negozjant Yorgen Fenech, Cutajar saħqet li kulħadd kien qed jitħanżer, u li hi kienet se tagħmel bħalhom.
Iżda wara li l-Prim Ministru u Mexxej tal-Labour Robert Abela għamel ġimgħatejn jaqbeż għal Cutajar….u saħansitra xhur qabel kien ħalliha tikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Labour…huwa kellu jbiddel id-diska wara l-għagħa li qam mill-poplu.
Madanakollu sal-lum, aktar minn ġimgħa wara li Rosianne Cutajar irreżenjat, għadna ma nafux għal min preċiżament kienet qed tirreferi…wisq inqas jekk il-Partit Laburista hux qed jagħmel xi ħaġa biex toħroġ il-verità.
Għaldaqstant l-Erbgħa filgħodu staqsejna lill-Ministru Miriam Dalli jekk hi personalment tafx jekk il-Labour hux jinvestiga dan il-każ, b’Dalli tisħaq li ma taf xejn.
Sorsi qrib iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista spjegaw ma’ Net News li l-pressjoni li saret lil Rosianne Cutajar fl-aħħar jiem qabel ma tat ir-riżenja kienet biex it-tmexxija tmewwet dan il-każ. U minflok toħroġ il-verità kollha…jispiċċaw jaħbuha u jostruha.
Bhalissa Rosianne Cutajar tinsab investigata kemm mill-Kummissarju tal-Istandards u anke mill-Awditur Ġenerali. Bil-kuntratt li ħadet mill-ITS ikun fic-centru ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
Rosianne Cutajar spiccat ahlet fil-but 81,000 ewro fi tliet snin għal xogħol part-time fl-ITS, fejn hi stess -fic-chats – ammettiet li daħlet għal dan il-job biex titħanżer.
//= $special ?>