Internazzjonali

Il-Parlament Russu japprova leġiżlazzjoni biex id-dokumenti għal min jinqabad bil-lieva jiġu pproċessati online

Il-Parlament Russu approva leġiżlazzjoni biex l-applikazzjonijiet għal dawk li se jingħaqdu mal-armata jibdew isiru online.

Il-Kremlin ċaħad li din kienet mossa biex jgħaġġlu l-proċedura jew biex persuna jirnexxilha teħles milli tmur għall-gwerra li għaddejja bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Qabel illum, id-dokumenti kienu jgħaddu personalment jew minn min iħaddem.