Lokali Qorti

Jattakkaw ġurnalist fuq ix-xogħol tiegħu

Ġurnalist tal-MaltaToday, Matthew Agius, spiċċa fil-mira ta’ kummenti minn naħa ta’ qraba ta’ ġuvnott ta’ 19-il sena li tressaq il-Qorti akkużat li ppunta arma tan-nar lejn mekkanik għax m’għoġbux ix-xogħol li wettaqlu fuq il-vettura tiegħu.

Wara li r-rapporta dak li ħareġ mis-seduta fil-Qorti, li minnha l-akkużat Zven Azzopardi nżamm taħt arrest preventiv, Agius spiċċa fil-mira ta’ persuni għaliex wettaq dak li l-impjieg tiegħu jirrikjedi minnu.

Mhux biss spiċċa deskritt b’titli xejn pjaċevoli, iżda wkoll apertament l-awtur ta’ dan il-kliem iddisprezza l-ġustizzja bi kliem oxxen, “F**k the justice”

Intant, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għamel rapport mal-Pulizija b’rabta mal-każ.