Lokali

Jitolbu lill-Gvern jissospendi b’mod immedjat il-procedura l-ġdida marbuta man-Notifika ta’ Kostruzzjoni

Il-Union Tal-Professjonisti fis-Settur tas-Sahha u s-Sigurta (UHSP) hija l-Union li ġiet iffurmata sabiex tipproteġi l-interessi ta’ dawk il-professjonisti serji li jahdmu fis-settur tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-postijiet tax-xoghol.  

Il-Union għadha kemm irċiviet numru ta’ ilmenti mill-membri taghha wara li l-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post Tax-Xogħol bidlet, mingħajr ebda konsultazzjoni il-formola tan-Notifika ta’ Kostruzzjoni; formula li kull min ser jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni li jaċċedi n-numru ta’ ġranet ta’ xoghol stipulat fl-Avviż Legali 88/2018 għandu l-obbligu li jimla u jibgħatha lill-istess Awtorita’.

Il-formola l-ġdida tirrikjedi illi din tiġi ffirmata mis-sid/sidien u s-supervisor tal-progett quddiem uffiċjal tar-reġistru pubbliku jew membru tal-professjoni legali li jiddikjara l-identita’ vera tal-firem. Din hija proċedura arkajka u burokratika għall-aħħar u li ma tirriflettix l-iżviluppi teknologiċi tal-llum u f’din is-sitwazzjoni, l-Awtorita’ ħaditna lura numru ta’ snin.  Dan imur anke kontra l-viżjoni tal-Gvern li għandha titnaqqas il-burokrazija żejda speċjalment lin-negozjanti.  

Din il-proċedura ġdida ċertament se żżid il-ħela ta’ ħin lis-sidien ta’ siti ta’ kostruzzjoni u professjonisti fis-settur tas-saħħa u sigurta apparti l-ispejjeż addizzjonali.  Dan ghaliex il-formola l-gdida tirrikjedi li is-sidien kollha (irrispettivament mis-sehem u r-rwol tieghu fil-progett) flimkien mas-Supervisor tal-Progett imorru flimkien ghand uffiċjal tar-reġistru pubbliku jew membru tal-professjoni legali biex jikkonferma l-identita’ tal-persuni, daqs li kieku ser jippubblikaw xi kuntratt!

Inoltre, din hija proċedura burokratika għall aħħar u jidher biċ-ċar il-falliment li minflok ġiet introdotta d-Direttiva tal-Kunsill li tirregola saħħa u sigurta; fuq siti ta’ kostruzzjoni, Malta ddeċidiet li tgħawweġ din id-direttiva kif jidrilha hi.  Id-Direttiva tal-Kunsill tippermetti li s-sidien jaħtru persuna li tirrappreżenthom tul il-progett. Il-fatt li din il-possibilita’ hija nieqsa mil-liġi Maltija vis-a-vis dawn il-proeduri l-ġodda, ser tikkrea kjass fis-sistema u spejjeż inġusti u telf ta’ ħin.  Dan ukoll ghandu jittiehed fil-kuntest illi l-Awtorità lanqas biss ghandha registru aggornat tal-persuni kollha kkwalifikati li minghandhom jistghu jaslu dawn il-formoli bhal ma ghandhom entitajiet bhall-Planning Authority, Building and Construction Authoritiy u awtoritajiet ohra li avvanzaw b’mod teknologiku biex tkun tista’ faċilment tidentifika min qed jibgħat dawn il-formoli mingħajr burokrazija u spejjeż żejda.

Ghaldaqstant, il-Union titlob lill-Gvern jissospendi b’mod immedjat din il-procedura u jekk għandha tinbidel il-formola, din għandha tirrifletti ż-żminijiet tal-llum u tħeġġeġ biex il-liġi tas-saħħa u s-sigurta’ fuq post ta’ kostruzzjoni verament timplimenta id-direttiva tal-Kunsill minghajr ma jkun hemm bidliet li jmorru lill hinn minn din id-direttiva ghad-detriment ta’ kull min hu involut.  Il-Union hija miftuha ghal diskussjonijiet ulterjuri u sabiex taghti r- rakkomandazzjonijiet tagħha bħal ma għamlet fil-ftit xhur li ilha ffurmata.