Futbol Sport

Mashike ta’ Ħamrun jilħaq lil De Assis fil-quċċata tal-aqwa skorers tal-kampjonat

Intervisti:

Konna bravi u fortunati wkoll’

  • Oliver Spiteri, kowċ Balzan FC

‘Konna nafu li Mosta huma tim tajjeb u ġejjin minn riżultati tajbin ħafna’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri frisk mir-rebħa kontra Mosta bl-iskor ta’ 3-2. Spiteri kompla jelabora. ‘ Meta konna player aktar ftit li xejn bdiet tidher id-differenza. Konna bravi u sa’ ċertu punt iffortunati wkoll li ġibna d-draw mill-ewwel meta morna 2-1 minn taħt. Il-logħbiet huma kollha iebsin u issa għandna żewġ logħbiet oħra diffiċli u kruċjali kontra Gżira u Birkirkara imma ser nagħmlu minn kollox biex inġibu l-massimu tal-punti u nippruvaw niksbu post fl-Ewropa.’

‘It-tkeċċija kienet determinanti’

  • Joe Grech, kowċ Mosta FC

‘Naħseb logħba importanti pjuttost finali. Min jirbaħ kien ser ikun sfidant għall-Ewropa. Sfortunatament spiċċajna fuq in-naħa telliefa.’ Kliem il-kowċ ta’ Mosta Joe Grech viżibilment diżappuntat bit-telfa kontra Balzan. Huwa kompla. ‘It-tkeċċija kien determinanti minkejja li xorta qbajna kmandi tal-partita. Sfortunatament sofrejna gowl mill-ewwel tat-2-2 minn player ta’ klassi bħalma huwa Angel Torres. Matematikament għadna hemm imma rridu nkunu realistiċi wkoll. Issa rridu nħarsu l-quddiem lejn l-aħħar żewġ logħbiet u s-semi finali tat-Trophy biex nispiċċaw dan l-istaġun fuq nota pożittiva.’

KLASSIFIKALPTI
Ħamrun Spartans2465
Birkirkara2447
Balzan2443
Gżira United2442
Hibernians2442
Mosta2440
Floriana2443
Valletta2433
Sirens2431
Gudja United2429
Marsaxlokk2424
Żebbug Rangers2414
Santa Lucia2414
Pietà Hotspurs2411
L-AQWA SKORERSGLS
Jefferson De Assis (Gżira United)16
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans)16
Jurgen Degabriele (Hibernians)14
Angel Torres (Balzan)14
Enzo Cabrera (Birkirkara)12
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)11
Maxuell Maia (Gżira United)11
Jake Grech (Hibernians)11
Christ Ememe (Mosta)9

LOGĦOB LI JMISS

KAMPJONAT BOV PREMIER

Il-Ġimgħa 14 ta’ April, 2023

Centenary Stadium

6.00pm            Marsaxlokk – Floriana

8.30pm            Gudja Utd. – Valletta

Stadium Nazzjonali

7.00pm            Birkirkara – Pieta H.

Is-Sibt 15 ta’ April, 2023

Tony Bezzina Stadium

3.00pm            Hibernians – Sirens

5.15pm            Żebbuġ R. – Mosta

Stadium Nazzjonali

3.00pm            Sta Lucia – Ħamrun S.

5.15pm            Balzan – Gżira Utd.