Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5pm kien involut f’inċident ma’ karozza fi Triq Dun Gejtanu Mannarinu, Birkirkara.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara u karozza misjuqa minn mara ta’ 31 sena, residenti Birkirkara wkoll.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.