Internazzjonali

Sneakers li kien jintuża minn Michael Jordan sar l-iktar wieħed li jiswa’ flus

Sneakers li kien jintuża minn Michael Jordan fl-1998 sar l-iktar wieħed li jiswa’ flus fid-dinja hekk kif inbiegħ għal $2.2 miljun waqt irkant li sar fi New York.

Dawn l-isneakers kienu ntlibsu minn Jordan waqt logħba li saret f’Salt Lake City fejn Jordan kien ġab 37 punt u dawn l-isneakers huma speċjali hekk kif huma l-aħħar par li Jordan qatt libes waqt logħba basketball tal-NBA.

Jordan kiser ir-rekord tiegħu stess hekk kif fl-2021 l-par sneakers Nike Air Ships nbiegħu għal $1.47.