Lokali Saħħa

Sospiżi l-azzjonijiet tal-MUMN; se jagħżlu l-infermiera jekk il-Ftehim Settorjali hux aċċettabbli jew le

Il-Kunsill tal-MUMN ser ikun qed isejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja għall-infermieri u l-qwiebel biex ikunu huma li jagħżlu jekk il-Ftehim Settorjali mgħoti mill-Gvern hux aċċettabli jew le. Sakemm isir dan, l-MUMN se tkun qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali marbuta ma’ dan il-proċess.

Dan qalitu l-MUMN fi stqarrija fejn qalet li l-“Gvern baqa’ jdeffes rasu fir-ramel u ma jridx isib soluzzjoni għal din il-kwistjoni.”

Huma qalu li “l-Gvern qed jikkuntenta li jkollu sistema tas-saħħa fraġli minflok jipprova jsaħħaħ u jimmotiva lill-professjonisti tas-saħħa fix-xogħol tagħhom mal-pazjenti. U fid-dawl ta’ dan kollu, il-Gvern għalaq il-bieb f’wiċċ l-infermiera u l-qwiebel.”