Lokali

Tħassib mill-Kulleġġ Malti tal-Obstetrics u l-Ginekoloġija

Il-Kulleġġ Malti tal-Obstetrics u l-Ginekoloġija fi stqarrija esprima tħassib dwar is-sitwazzjoni preżenti fl-isptarijiet wara li baqa’ ma ntlaħaq ebda qbil bejn il-Gvern u l-MUMN dwar Ftehim Settrojali ġdid.

Il-Kunsill qed jgħid li l-azzjonijiet qed iħallu impatt perikoluż, u appella għal soluzzjoni miż-żewġ naħat.

L-istqarrija tgħid ukoll li fl-aħħar jiem kien hemm mat-80 proċedura li kellhom jitħassru; ħafna minnhom marbuta ma’ operazzjonijiet li permezz tagħhom janalizzaw każijiet possibbli ta’ kanċer.